Kamra tal-pranzu Dining room

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KAMRA TAL-PRANZU għandha żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAMRA biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel fin-nofs fuq quddiem. Il-werrejja jersqu lejn il-ġnub imbagħad jersqu lura u wara jersqu fin-nofs fejn jerġgħu jiltaqgħu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal IKEL. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 imma bil-ponot tas-swaba’ jiltaqgħu. L-id timxi bi skoss lejn il-ħalq u lura xi darbtejn.

The sign for DINING ROOM has two parts. (i) First, the sign for ROOM is made with both hands in the shape of 1 with palms facing downwards at the front in the middle. The index fingers move towards the sides then move backwards and finally go back to the middle where they meet again. (ii) Then the sign for FOOD is made. One hand takes the shape of 5 but with the fingertips touching. The hand moves jerkily towards and away from the mouth twice or more.